Issir is-serata tal-għoti tal-unuri ta’ EquestriMalta
Ilbieraħ filgħaxija saret is-serata tal-għoti tal-unuri ta’ EquestriMalta. Matul din is-serata, bosta atleti li jikkompetu f’diversi dixxiplini fl-isport ekwestru f’Malta ġew rikonoxxuti għall-kisbiet tagħhom matul is-sena 2022 kif ukoll ingħataw diversi unuri li jirrikonoxxu l-karriera ta’ individwi li llum m’għadhomx attivi. It-tliet dixxiplini prinċipali matul din is-serata kienu ‘Show jumping and Dressage’, ‘Polo’ u ‘Trot’. […]